Author: Edward John Gauci

REACTION BY THE ENVIRONMENT COMMISSION TO THE GĦAQDA PIROTEKNIKA MALTIJA

Il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) tirringrazzja lill-Għaqda Piroteknika Maltija (GħPM) għall-komunikat maħruġ tad-9 ta’ Ġunju, fejn saru diversi kummenti u osservazzjonijiet fuq l-istqarrija tal-KA, maħruġa fil-25 ta’ Mejju, li kienet tittratta fuq il-Logħob tan-Nar, is-Saħħa u l-Ambjent (li ħarġet xi ġimagħtejn ilu.)  Dawn l-istqarrijiet u komunikati lill-istampa għandhom ikunu l-mezz ta’ kif issir diskussjoni pubblika serja fuq dan is-suġġett importanti, kif ilha tħeġġeġ il-KA li għandu jsir… Read more »

THE ENVIRONMENT COMMISSION ON FIREWORKDS, HEALTH AND THE ENVIRONMENT

F’Ġunju tas-sena 2006, il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) kienet ippubblikat dokument ta’ fehma fuq l-impatti ambjentali tal-festi f’Malta[i]. Din il-fehma kienet ibbażata fuq studju kkummissjonat mill-istess Kummissjoni fis-sena 2005 li nvestiga tmien festi. Dan l-istudju kien ipproduċa l-ewwel riżultati fuq il-livelli ta’ ħsejjes ikkaġunati mil-logħob tan-nar kif ukoll fuq l-ammont ta’ skart solidu ġġenerat minn dawn il-festi. Matul il-perjodu 2006-2008,  il-KA kompliet bl-investigazzjonijiet ikkummissjonati lill-Università ta’ Malta f’dan il-qasam… Read more »

MESSAGE TO PARISHES BY THE ENVIRONMENT COMMISSION

Resqin lejn l-attivitajiet u ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa u kif għamlet fil-passat il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent tixtieq tappella lil dawk il-knejjes u parroċċi kollha li jorganizzaw dawn l-attivitajiet sabiex waqt li jagħmlu dan, jagħtu xhieda ta’ kif in-Nisrani jħares lejn il-Ħolqien b’rispett lejn il-Ħallieq.

F’Ħadd il-Palm, l-użanza tant għażiża tat-tqassim tal-palm jew weraq taż-żebbuġ  lill-fidili għandha tkun okkażjoni fejn niftakru fid-daħla trijonfali tal-Imgħallem f’Ġerusalemm. M’hemmx għalfejn nużaw ammonti esaġerati minn dawn il-pjanti… Read more »

STATEMENT BY THE ENVIRONMENT COMMISSION

The Interdiocesan Commission for the Environment wishes to refer to the announcement in the local media that the State has offered the possibility for St Augustine College Pieta to make use of the old medical school as a primary school, in lieu of erecting new premises.

The Commission firmly believes that this proposal is two-sided: while it serves as an opportunity to safeguard a so-far undeveloped piece of land, it also acknowledges the necessity of enhancing facilities offered by our schools.  … Read more »

CONCLUSIONS OF THE CONFERENCE ‘ENOUGH FOR EVERYBODY’

Sa mit-twaqqif tagħha, il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent dejjem emmnet li l-Knisja ma tistax  tgħix f’iżolament mir-realtajiet tal-ħajja, imma trid tidħol fl-istorja tal-bniedem b’mod l-aktar sħiħ u attiv. Għalhekk fil-ħidma tagħha, il-Kummissjoni dejjem stinkat sabiex toħloq opportunitajiet li jwasslu lis-soċjetà Maltija ħalli tirrifletti fuq l-istil ta’ ħajja li tgħix u l-għażliet li tagħmel. Aktar minn hekk, il-Kummissjoni taħdem ukoll sabiex toffri riflessjoni Evanġelika dwar il-ġrajjiet li nkunu qed nesperjenzaw u b’hekk tgħin fit-tfassil ta’ etika ambjentali… Read more »

OPINION PAPER ON THE NATIONAL CURRICULUM FRAMEWORK

Since its inception, the Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) has always considered education as an important tool in achieving its vision, i.e. that Christians live in harmony with creation and each other according to God’s plan, thus discovering their role in creation and their responsibility towards it[1]. Consequently the KA has advocated and supported educational initiatives, at the formal, non-formal and informal levels, aimed at helping citizens of all ages become active participants in the building of a sustainable society… Read more »

RESPECT TOWARDS ANIMALS

Matul dawn l-aħħar xhur il-media wasslitilna rapporti dwar każijiet xokkanti ta’ kefrija kbira fuq l-annimali. Dawn l-atti ġibdu l-attenzjoni tal-pubbliku inġenerali u ħolqu ferment mal-pajjiż kollu. Bla tlaqliq ta’ xejn, il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) tingħaqad mal-bqija tal-poplu u tikkundanna bla riżervi dawn l-atti barbareski. Li tispara fuq kelb u tidfnu ħaj, li tagħlaq kelb f’borża tal-plastik u titfgħu fiż-żibel ferut u agunija, li ssallab ġeru u ssammru rasu ’l isfel ma’ bieb ta’ residenza, minbarra li jnaqqsu mill-ġieħ tal-istess persuni li jwettquhom, huma atti li joffendu s-sentimenti tal-komunità u għalhekk huma atti li jitolbu kundanna serja li għandha tkun riflessa fis-sentenzi u l-pieni xierqa li jingħataw fil-qorti li jservu ta’ deterrent… Read more »

STATEMENT BY THE COMMISSION FOR THE ENVIRONMENT ON THE OCCASSION OF CREATION DAY

Għal dawn l-aħħar snin, il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) kienet tieħu l-okkażjoni tal-Festa ta’ San Franġisk (4 ta’ Ottubru) sabiex tfakkar u tisħaq ir-responsabbiltajiet speċjali li l-Insara għandhom lejn il-ħolqien u r-relazzjonijiet kollha li jsawruh. Għan-Nisrani u kull min jemmen f’Alla l-Ħallieq ta’ kollox, l-arja, l-art, l-ibħra, il-ħlejjaq kollha, u l-univers kollu, huma mnisslin mill-imħabba infinita t’Alla u xhieda ħajja tagħha. Wieħed mill-ewwel Insara li fehmu sew din il-verità kien appuntu l-fqajjar ta’ Assisi, San Franġisk… Read more »

THE ENVIRONMENT COMMISSION ON ĦONDOQ IR-RUMMIEN

Il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent tixtieq toffri xi riflessjonijiet u tagħti l-opinjoni tagħha fuq l-iżvilupp propost ta’ marina, hotel u binjiet oħra f’Ħondoq ir-Rummien, limiti tal-Qala, Għawdex. Dan tixtieq tagħmlu għaliex tħoss li d-diskussjoni pubblika li qanqal u li għadu jqanqal dan l-iżvilupp propost, qed tindirizza prinċipji fundamentali u għazliet importanti li jeħtieg li nagħmlu bħala pajjiż li hu mpenjat fl-iżvilupp sostenibbli ta’ dawn il-gżejjer… Read more »

VANDALISM: A DEPLORABLE ACT…OFFENDING THE COMMUNITY, OFFENDING GOD

Fil-11 ta’ Mejju 2007, il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) kienet ħarġet stqarrija li fiha kienet ikkundannat l-att vandalu li kien sar dak iż-żmien lil ’l fuq minn tlett elef siġra. Il-KA kienet ingħaqdet ma’ eluf ta’ Maltin li ħassewhom urtati b’dak l-att għax:

“Bħal kull dnub ieħor, atti bħal dawn jippruvaw inisslu sens ta’ inċertezza bl-iskop li jiddistabilizzaw lill-komunità, li qed tipprova tgħix l-esperjenza ta’ familja magħha nnifisha, mal-Ħallieq u mal-ħolqien kollu.”

Fis-satra tal-lejl, għat-tieni darba u fl-istess post, persuna jew persuni rresponsabbli wettqu att vandalu fuq siġar imħawla fis-sit ta’ Foresta 2000… Read more »